Dwarna

Ilkoll kemm aħna nistgħu nagħmlu differenza. Il-25 fil-Mija ġiet maħluqa minnżgħażagħ għal żgħażagħ, b' determinazzjoni li tgħin lilna lkoll ngħollu l-vuċijiet tagħmna u nibdlu d-dinja.

"Aħna żgħażagħ li nemmnu li għandna s-saħħa.”

Aħna naqbżu għall-vuċijiet taż-żgħażagħ. Bħala komunità, aħna niltaqgħu flimkien biex naqsmu l-ideat u l-passjoni tagħna, biex nagħtu s-saħħa lilna nfusna.

Għaliex neżistu?

Iż-żgħażagħ tħallew barra mill-teħid tad-deċiżjonijiet għal żmien twil wisq. Wasal iż-żmien biex dan jinbidel. Aħna qed-noħolqu moviment ġdid, wieħed fejn aħna kollha, il-25% tan-nies li ma jinstemgħux fl-Ewropa, ser insemmgħu leħinna.

L-ewwel pass huwa li mmorru quddiem min jieħu d-deċiżjonijiet. Din is-sena, aħna għandna opportunità unika biex inpoġġu madwar il-mejda u nirrappreżentaw ideat konkreti li ħarġu miż-żgħażagħ għall-futur isbaħ fil-Konferenza dwar il-Futur ta' l-Ewropa. Sabiex nagħmlu dan, aħna nixtiequ nisimgħu mingħandek.

Kun parti minn dan il-moviment

Ġenerazzjoni ġdida ta' diversi vuċijiet, magħquda fid-determinazzjoni tagħna għall-bidla. Aħna lkoll nistgħu nagħmlu l-parti tagħna biex noħolqu futur aħjar għall-Ewropa.

Kif tuża l-vuċi tiegħek

Fuq il-portal tagħna, għandek opportunità unika biex iżżid mal-kollezzjoni tagħna l-idea kbira tiegħek dwar x'għandu jkun il-futur tal-Ewropa u aħna ser neħduha u nirrappreżentawha waqt il-Konferenza.

Iżda dan huwa biss il-bidu. Kull vuċi għandha s-saħħa, meta nafu kif nużawha. Skopru kif issemma' l-vuċi minnnies ta' madwarek, sabiex inti tista' tagħmel impatt f'kull livell fuq l-affarijiet li tixtieq tbiddel — fil-komunità tiegħek, fil-belt tiegħek, fir-reġjun tiegħek, jew saħansitra fl-istat u fuq livell Ewropew.

Aqsam l-idea tiegħek

12-il sieħeb, għan wieħed: L-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ

Il-bidla tista' sseħħ biss meta aħna naħdmu flimkien. Flimkien mal-imsieħba tagħna, aħna bnejna netwerk ta'attivisti u nies li kapaċi jagħmlu impatt għall-bidla minn madwar l-Ewropa.