Kunsilli
Nazzjonali taż-żgħażagħ

Kunsilli Nazzjonali għaż-Żgħażagħ ilaqqgħu flimkien diversi organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fuq livell lokali u nazzjonali u jirrappreżentawhom quddiem min jieħu d-deċiżjonijiet, waqt li jiżguraw li ż-żgħażagħ huma nvoluti fil-politika u li l-ħtiġijiet tagħhom huma kkunsidrati meta d-deċiżjonijiet li għandhom impatt fuq il-ħajjithom jittieħdu.

Kunsill nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Irlanda (NYCI)

NYCI hija l-organizzazzjoni ta' sħubija li tirrappreżenta l-interessi kondiviżi tal- organizzazzjonijiet volontarji taż-żgħażagħ u tuża l-kompetenza kollettiva tagħna biex tieħu azzjoni dwar kwistjonijiet li jaffettwaw liż-żgħażagħ.

Il-Kunsill taż-Żgħażagħ ta' Ċipru(KŻĊ)

Il-Kunsill taż-Żgħażagħ ta' Ċipru(KŻĊ) għandu 63 organizzazzjonijiet membri, inkluż il-KŻĊ taċ- Ċiprijotti Griegi u u taċ-Ċiprijotti Torok. KŻĊ jaġixxi bħala pjattaforma ta' skambju u komunikazzjoni bejn l-NGOs taż-żgħażagħ f'Ċipru. Huwa jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni fost iż-żgħażagħ u fost l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u jirrappreżenta l-interessi tagħhom quddiem il-pajjiż, kif ukoll fl-istituzzjonijiet Ewropej u dawk globali.

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Awstrija (ÖJV)

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Awstrija (ÖJV) huwa organu uffiċċjali u stabbilit legalment li jirrappreżenta t-tfal u ż-żgħażagħ fl-Awstrija. Flimkien ma' aktar minn 50 organizzazzjonijiet membru , l-ÖJV huwa vuċi b'saħħitha għal diversi nteressi u ideat taż-żgħażagħ fl-Awstrija.

Forum Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Bulgarija (NYF)

Il-Forum Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Bulgarija jgħaqqad 44 organizzazzjoni taż-żgħażagħ fil-pajjiż. L-għan tal-NYF huwa li jirrappreżenta l-interessi tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-bżonnijiet tagħhom u biex iżommu r-rwol tagħhom, l-iżvilupp u proċessi soċjo-politiċi u biex ikunu msieħba tal-istituzzjonijiet.

Kunsill taż-Żgħażagħ Spanjoli-– CJE

Il-Kunsill taż-Żgħażagħ spanjoli huwa l-organizzazzjoni magħmul minn aktar minn 60 entitajiet taż-żgħażagħ, inkluż organizzazzjonijiet oħrajn u kunsilli reġjonali taż-żgħażagħ. L-għan prinċipali tal-CJE huwa li jilqa' u jwieġeb il-talbiet taż-żgħażagħ fl-għanijiet individwali u kollettivi tagħhom.