Internazzjonali
Organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ
Kull persuna żgħażugħa għandu jkollha l-opportunità li tipparteċipa fil-bini tal-futur tal-Ewropa. Il-25 fil-Mija qiegħed hemm biex jisma' u biex jinkludi l-vuċijiet kollha taż-żgħażagħ, b'mod partikolari ta' dawk li rari jsemmgħu leħinhom. Huwa għalhekk li aħna qed naħdmu f'kooperazzjoni ma' ħames organizzazzjonijiet internazzjonali taż-żgħażagħ immexxija u mmirati lejn iż-żgħażagħ, kemm dawk mill-minoranza jew minn gruppi emarġinati.
Żgħażagħ Rurali tal-Ewropa (RYE)
Żgħażagħ Rurali tal-Ewropa huwa l-umbrella għal organizzazzjonijiet rurali taż-żgħażagħ. Huwa jipprovdi l-attivitajiet u jaħdem bħala intermedjarju bejn organizzazzjonijiet nazzjonali, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u istituzzjonijiet pubbliċi fuq livell Ewropew.
Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ Musulmani u tal-Organizzazzjonijiet tal-Istudenti (FEMYSO)
Femyso huwa netwerk Ewropew tal-organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ Musulmani. Il-missjoni tagħha huwa li tiffaċilita l-kuntatt bejn iż-żgħażagħ Musulmani u l-organizzazzjonijiet tal-istudenti, li tgħinhom jilħqu l-potenzjal tagħhom u biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' Ewropa b'diversità , b'koeżjoni u b'saħħitha.
Forum Ewropew dwar id-Diżabilità (EDF)
FEŻ huwa NGO indipendenti li jirrappreżenta l-interessi ta' 80 miljun l-Ewropew b'diżabilità. FEŻ huwa vuċi b'saħħitha u magħquda tal-moviment tad-diżabilità fl-Ewropa, jikkoordina l-promozzjoni tad-drittijiet ta' kullpersuna b'diżabilità ffuq il-livell tal-UE u jappoġġa l-membri tagħna fil-livell nazzjonali.
Erasmus Netwerk tal-Istudenti (ESN)
L-Erasmus Netwerk tal-Istudenti (ESN) hija l-akbar organizzazzjoni Ewropea tal-istudenti fil-qasam tal-mobilità tal-istudenti u l-internalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla. L-ESN jipprovdi servizzi ta' appoġġ għal aktar minn 350,000 istudent internazzjonali u jaħdem għall-ħtiġijiet tagħhom billi jiffaċilita il-perjodu ta' mobilità tagħhom, jassigura l-koeżjoni soċjali, l-integrazzjoni mill-ġdid u jtejjeb l-għarfien interkulturali u ċ-ċittadinanza attiva.
Phiren Amenca
Phiren Amenca Internationl-Netwerk hija netwerk taż-żgħażagħ tar-Roma u ta' voluntiera li mhumiex Roma kif ukoll ta' organizzazzjonijiet ta' servizz volontarju immexxija miż-żgħażagħ ibbażata fi Brussell. Din toħloq opportunitajiet ta' tagħlim mhux formali, d-djalogu u impenn biex tisfida l-mentalità kontra ż-żingari, kontra l-isterjotipi u kontra r-razziżmu fl-Ewropa u madwar id-dinja.